Freddie Fenech -“Tas-Siment”

fenech-delitti-mhux.jpg

Qtil kiesah u bierad

Inqatel waqt hold-up 

Din kienet l-ewwel storja li ppublikajt fis-sensiela “Delitti Mhux Solvuti” u kienet biss forma ta’ intervista ma’ mart il-vittma. Hija differenti mill-istejjer l-ohrajn izda l-onesta ta’ l-armla u l-mod sincier kif tkellmet hareg l-att uman f’din l-istorja. Il-mottiv li nqatel Freddie Fenech f’Settembu ta’ kwazi 27 sena ilu s’issa jidher li kien serq, izda dan jista’ jkun accertat biss jekk xi darba l-Pulizija jaslu biex isolvu dan id-delitt. Din l-istorja kont ippublikajta fil-gurnal l-orizzont fl-anniversarju mill-qtil ta’ Freddie Fenech, fil-21 ta’ Settembru 2004. 

Tiftah qalba l-armla tal-vittma

Ftit tal-jiem qabel kont tkellimt fit-tul ma’ Mary Fenech, mart il-vittma, li ghaddiet
minn trawma li hallitilha marka f’hajjitha li qatt u hadd ma jista’ jnehhi. Fil-21 ta’ Settembru, 1980 persuni, li sal-lum ghadhom mhux maghrufin, qatlu lir-ragel ta’ Mary, Freddie, kiesah u biered quddiem ghajnejha biex serqulu l-flus li kellu fuqu. Omicidju li sal-lum ghadu mhux solvut.
Mary Fenech, li llum ghandha 68 sena, accettat li tilqani fir-residenza taghha fi Triq Misrah il-Barrieri f’Santa Venera fejn quddiem il-garaxx inqatel Freddie. Ma kinitx facli ghal Mary li tghid x’gara, mhux ghax insiet, izda lil Freddie ghadha thobbu daqs l-ewwel darba li ltaqghet mieghu.
“Billi konna nbieghu s-siment, kienu jigu hawn anke nhar ta’ Hadd u dak in-nhar kien il-Hadd, 21 ta’ Settembru. Freddie hareg u mar gab il-vann minghand huh. Il-vann kien ghadu gdid, lanqas kien imhallas. Jekk m’inhiex sejra zball in-numru kien 5562,” bdiet tirrakkonta Mary. 
 

X’ghamlu dakinhar li nqatel Freddie

“L-ewwel ma ghamilna morna l-quddies. Dejjem konna mmorru 10 minuti qabel tibda l-quddies. Freddie kien jghidli li jew jisma’ l-quddiesa kollha jew ahjar ma jisma’ xejn. Wara gejna hawn, kilna u morna l-Qawra. Dak in-nhar insejna niehdu c-cwievet tal-post fil-Qawra u ma stajniex nidhlu. Tlaqna kmieni mill-Qawra ghax billi ma stajniex nidhlu fil-post taghna morna ghand hutu u ma domniex. Probabbli kieku dhalna u bqajna hemm wehidna kienu jsibuna hemm u joqtluna t-tnejn li ahna hemm gew.
“Minn hemm inzilna Ta’ Xbiex u morna f’hanut, insomma kiosk, niehdu xi haga. Sid il-post qalilna li dak in-nhar kienet l-ahhar gurnata ghax kien se jaghlaq il-post minhabba li ma setax izommu miftuh. Tlaqna minn hemm forsi f’xi 8.15 p.m. u bqajna gejjin id-dar. Wasalna kienu qisu ghat-8.30 p.m. Ftit qabel ghaddejna
minn quddiem huh Guzi li kien joqghod Triq Villambrosa u kif rana birikna, ghamlilna sinjal b’idejh bhalma jbierkek xi sacerdot. Kellu drawwa jaghmel hekk.

“Kellna t-trakkijiet hawn fil-hofra fejn qeghdin jibnu. Is-soltu Freddie kien jieqaf hemm izda dak in-nhar baqa’ gej sa hdejn il-bieb. Hemm hekk rajt karozza bi tlett irgiel wara u wiehed quddiem. Kienu pparkjati hdejn il-knisja u nahseb li kif rawna gew warajna. Kellna l-Hillman il-qadima taht il-gallarija tal-gara u l-vann kien ezatt quddiem il-garaxx biex Freddie jdahhlu. Jien hrigt mill-vann u mort biex niftah il-bieb tal-garaxx.  

“Qatluni, qatluni”

Kif kelli dahri lejn Freddie, li baqa’ fil-vann, smajt bhal tgedwid, bhal xi hadd qieghed jargumenta. Hsibt li kien qieghed jirrabja ghalija u ghidtlu ‘tini ftit cans int se niftah, bil-mod’. Ghax peress li kien id-dlam ma stajtx nara sew is-serratura biex indahal ic-cavetta. F’daqqa wahda sibt ragel m’oghla hawn hdejja u hatafni minn wara u ghattili halqi u ghajnejja. Dan ir-ragel tant kien twil li rasi waslet sa sidru. Ma stajt nara xejn u ma kontx naf x’kien qieghed jigri. Dak il-hin hsibt li kont qieghda nohlom.

“Sadanittant Freddie hareg mill-vann u qalli erba’ darbiet – ‘Qatluni, qatluni, qatluni, qatluni’. F’daqqa wahda dak li kien qieghed izommni telaqni u l-ohrajn telqu wkoll. Izda sakemm Freddie hareg, sparawlu zewg tiri ohra lejn saqajh. Kif dort rajt lil Freddie ma’ l-art u lilhom dehlin lura fil-karozza li gew biha. F’daqqa wahda rega’ hareg wiehed minnhom u mill-vann hataf il-borza li kien fiha madwar Lm4,000 u harbu kollha”.

l-orizzont: Allura l-ewwel sparaturi int ma smajthomx?
Mary: Le, ghax dak in-nhar kienu qeghdin jisparaw il-murtali tal-festa ta’ San Frangisk li kienu qieghdin jiccelebraw ic-centinarja. Jista’ jkun li smajthom izda hsibthom murtali jew faqqaturi.

l-orizzont: L-armi rajthom f’idejn il-qattiela?

Mary: Le ma rajt xejn dak il-hin. Però wara qalulna li kienu revolvers jew pistoli tan-Navy. Niftakar li balla minnhom baqghet hierga minn dahru u nifdet is-seat u ohra baqghet fih. Sparawlu darbtejn meta kien ghadu fil-vann u darbtejn ohra meta hareg biex jigi jghinni”.  

“Avolja ferut, xorta prova jipprotegini”

“Demm ftit li xejn hariglu. Kellu dawra zghira fuq sidru u miet b’emorogija interna. Laqtulu l-pulmun. Avolja kien ferut gravi xorta pprova jaghtini l-ghajnuna biex jipprotegini. Kif hareg mill-vann wehlitlu saqajh u waqa’ izda xorta prova jitkaxkar. L-ewwel ma wasal kien huh Guzi ghax nahseb li xi hadd mar qallu x’kien gara. Guzi beda jistaqsi lil Freddie jekk kienx jaf minn sparalu izda Freddie kien digà ntilef
minn sensih. Imbaghad hargu tliet patrijiet, ghax huma semghu t-tiri, u bdew jaghtuh l-assuluzzjoni. Nahseb li Freddie dam madwar tliet kwarti haj. Ma mietx mill-ewwel izda miet l-isptar.
Nahseb li kienu ilhom jippjanaw biex jisirqu dawk il-flus, li 24 sena ilu kienu hafna, hafna flus. Tliet xhur qabel kienu dahlulna d-dar u serqulna xi deheb, izda flus ma kienx hawn.  

Min kien Freddie Fenech?

l-orizzont: Ezatt x’kien jaghmel Freddie.

Mary: Freddie kien burdnar. Konna nuzaw il-garaxx bhala mahzen fejn konna nzommu xkejjer tas-siment. Gieli l-kumpanija kienet tghidlu li jekk irid jista’ jbigh is-siment u konna nbieghu s-siment tliet centezmi inqas kull xkora. Allura dak li jkun kien jiffranka xi haga, specjalment il-bennejja. Gieli anke nhar ta’ Hadd fis-6.00 a.m. kienu jigu ghas-siment biex ikunu lesti ghat-Tnejn fil-ghodu.

l-orizzont: Ghaliex Freddie kien izomm dawk il-flus kollha fuqu?
Mary: Freddie kien ibigh is-siment il-hin kollu. Fil-fatt lilna jafuna bhala ‘Tas-Siment’. Dik il-gimgha lill-kumpanija, Freddie taha Lm9,000. Il-kumpanija kienet fil-Blata l-Bajda.

l-orizzont: Kien hemm nies li kienu jafu li Freddie kien igorr hafna flus fuqu?

Mary: Ifhimni. Kull min kien jahdem mieghu kien jaf. Minbarra hekk huwa kien ihallas quddiem kulhadd u kien dejjem izomm mazz ta’ liri ghax kien igib ix-xoghol u jhallas mill-ewwel. Alla jbierek xoghol dejjem kellu. Biss biss il-garaxx kien mimli daqs bajda, kien jesa’ xi 35,000 xkora siment. Freddie ma kellu ebda kont jew flus il-bank.Kien jithallas u jhallas ‘cash’ quddiem hafna nies. Qatt ma beza’ li seta’ kien hemm xi hadd qieghed jistadu. Gieli ha l-flus kollha u lanqas kien ihalli xejn id-dar biex imur jixtri. Izda kien jghidli, ‘issa jinqala’ vjagg u jidhlu’. U veru ghax Alla jbierek dejjem kien igib il-flus. 

Kienu diga’ dahlu jisirquhom

l-orizzont: Setghu kienu l-istess nies li tliet xhur qabel dahlu jisirqukom li qatlu lil Freddie?

Mary: Jista’ jkun. Izda meta dahlu hawn u serquna, Freddie ma riedx jaghmel rapport ghand il-Pulizija ghax habib tieghu kienu serquh ukoll u tal-‘fingerprints’ kienu ghamlulu hafna marki ma’ l-ghamara u spicca bi spiza akbar milli serqulu. Izda meta qatlu lil Freddie kont ghidtilhom lill-Pulizija minhabba li mal-hajt kien ghad hemm il-marki taz-zarbun ta’ wiehed mill-hallelin.
l-orizzont: Spjegalna t-trawma li ghaddejt minnha 24 sena ilu u z-zmien ta’ wara d-delitt.

Mary: Tista’ tahseb. Jien ma kont immur imkien minghajr Freddie. Kull fejn kien ikolli bzonn immur kien iwassalni hu. Ma kontx insuq, allura kont niddependi fuqu. Ghaldaqstant mhux biss it-trawma li tara lill-persuna l-iktar li thobb tmut quddiemek, izda l-mod kif inqatel. Kienu mumenti iebsin hafna, l-aktar meta kelli mmur il-kamra mortwarja biex nidentifika lil zewgi. Iebsa hafna. Tarah hemm mejjet. Jien mhux minn dawk li ninfaqa’ nibki u nisfoga. Inzomm go fija. Izda dak in- nhar zbroffajt. Kien qisu rieqed izda kont naf li din id-darba mhux se jqum minn dik ir-raqda u kont tliftu ghal dejjem. Kien l-unika persuna li qatt habbejt u.. heqq qatluh hekk kiesah u biered. Ovvjament hajti nbidlet totalment. Freddie ma kienx xi bniedem storbjuz imma d-dar kien jimliha.
Meta miet waqa’ silenzju kbir. Ghamilt xi jiem nghix ma’ ohtu izda ridt il-privatezza tieghi. Sibt ghajnuna kbira mill-familja kollha u l-hbieb. Meta ergajt gejt id-dar sibt ruhi wahdi. Tfal ma kellniex u allura d-dar aktar dehret vojta.
Ghamilt zmien twil gejja u sejra d-Depot tal-Pulizija kemm minhabba l-kaz kif ukoll minhabba li kellna xi ngenji. Kont nghidilhom ‘impossibli ma dejjaqtkomx gejja u sejra’. Ghamilt kwazi sena mmur id-Depot ghalxejn. Dwar il-kaz hadd qatt ma qalli xejn mill-Pulizija. Ghaddew 24 sena u hadd qatt ma qalli fejn waslu l-investigazzjonijiet jew jekk kinux sabu xi haga. Xejn. Ghal xi zmien kien ikun hawn Pulizija ghassa quddiem il-bieb taghna. 
 

 fenech-delitti-mhux-1.jpgIl-post fejn sehhid-delitt

Hadu ritratti qabel id-delitt

l-orizzont: Kellu ghedewwa Freddie? Mary: Din il-mistoqsija kienu staqsewili tas-CID. Ghidtilhom li l-kelma ghedewwa lanqas naf x’kienet tfisser. Niftakar li ftit qabel ma qatlu lil Freddie, kien gie n-neputi u qalli li ra ragel jigbed ir-ritratti tal-faccata tad-dar. Jista’ jkun li kienu qeghdin jippjanaw il-kaz. Izda meta ra lin-neputi telaq mill-ewwel. Ghamilt zmien wara li qatlu lil zewgi meta kont inkun fil-gallarija nittawwal ghal barra u jghaddi xi hadd u jhares. Kont nghid, jekk mhux dak wiehed minnhom li qatel lil Freddie? Izda meta Alla tani l-grazzja li nahfer, hfirtilhom. Qatt mhu se ninsa l-ahhar kliem tieghu, ‘Qatlulni, qatluni’. Dawn ghadhom sal-lum jidwu f’widnejja. Ghalkemm hfirt xorta nhoss li l-gustizzja trid issir. Huwa d-dmir tal-Pulizija li jaslu li jsolvu l-kaz.

l-orizzont: Jekk dawk responsabbli jinqabdu u tarahom quddiemek, x’tghidilhom? Mary: Xejn. Alla tani l-grazzja li hfirtilhom. J’Alla li jikkonvertu u nitlob lill-Mulej li ma jmutux fid-dnub il-mejjet. Jekk ma ssirx gustizzja fil-Qorti, zgur li Alla jaghmel il-gustizzja misthoqqa, ghax Alla huwa gust. Jien ma rridx nara lil dawn imorru l-habs bhala vendetta, izda ghax hekk tghid il-gustizzja.
Meta darba ghidt li l-id ta’ Alla hija twila, iddispjacini bil-kbir ghax ma rridx li jigrilhom xi haga.

Il-koppja Fenech

l-orizzont: Meta ltqajtu l-ewwel darba int u Freddie?

Mary: Iltqajna meta Freddie kellu 17-il sena. Jien kelli 18, ikbar minnu ghaxar xhur. Izzewwigna tmien snin wara. Konna ilna mizzewgin 16-il sena, xahrejn u tliet ijiem ghax izzewigna fit-18 ta’ Lulju, 1964. Dik kienet is-sena li Malta kisbet l-Indipendenza u fis-16-il anniversarju ta’ l-Indipendenza qatluh.

l-orizzont: Fi ftit kliem iddiskrivi lil Freddie Fenech.

Mary: Kien bniedem nervuz izda qalbu tajba. Kelma kien jaqbad u jghidha izda ftit wara kien jinsa kollox u ma jzomm xejn f’qalbu. Kien ihenn ghal kulhadd tant li kien idejjen lil hafna nies. Wara mewtu sibt lista ta’ dawk li kellhom jaghtuh il-flus.Wiehed biss kien onest bizzejjed li gie minn jeddu. Ragel mill-Bahrija li kif sema’ li Freddie kien inqatel gie u tani Lm246 li kien dejnu fuq vjagg siment ta’ 200 xkora. Kellu jdahhal xi Lm3,000. Kien izomm lista izda ftit kien hemm ismijiet, il-bqija bil-laqam.Kien hemm ‘Tal-Mustacci’ u ‘Tal-Bagalji’. Hafna minnhom kienu kuntratturi li jigu jixtru s-siment u jhallsu wara. Freddie qatt ma gera wara flusu, dejjem gew huma, min kien jigi. Izda bhalma ghidtlek, wiehed gie gimghatejn wara li nqatel. Qalli li stenna ghax hass li ma kienx prudenti jigi mill-ewwel. 

Suspetti iva… provi le!

F’dan ir-rapport xtaqt jkolli wkoll il-verzjoni ufficjali tal-Pulizija. Fit-12 ta’ Awissu 2004 baghatna fax lill-Kummissarju tal-Pulizija, John Rizzo, fejn tlabnih jawtorizza lill-Kap ta’ l-Iskwadra ta’ l-Omicidji, l-Ispettur Chris Pullicino, jew lil dawk l-ufficjali li huwa jahseb li setghu jkellmuna fuq dan il-kaz. Stennejna gimgha u fid-19 ta’ Awissu ergajna fakkarna lis-Sur Rizzo dwar it-talba taghna. L-ghada s-Surgent Carol Fabri mis-CMRU permezz ta’ telefonata nformatna li t-talba taghna qieghda tigi studjata. Aktar tard tkellimna b’mod informali ma’ l-Ispettur Pullicino fejn staqsejnih jekk kienx jaf bit-talba taghna. Qalilna li kienu ghaddewlu l-‘file’ u kien qieghed jistenna li jinghata l-awtorizzazzjoni. Mill-ewwel talba taghna ghaddew aktar minn hames gimghat u mill-Korp tal-Pulizija ma smajna xejn. Ghaldaqstant x’gara jew x’ghamlu l-Pulizija dwar dan il-kaz ma nafux. Ma nafux jekk dan l-omicidju ntesiex, jew jekk il-Pulizija qatghux qalbhom minnu. Kont ghamilt ftit stharrig dwar dan il-kaz ma’ sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija. Sibna li dak in-nhar il-Pulizija kellhom xi suspetti izda ma kellhomx provi bizzejjed biex jarrestaw lil xi hadd. Jirrizulta li fost dawk li kienu fil-karozza dakinhar tal-qtil kien hemm mara b’xaghra isfar. L-istess sorsi qalulna li wahda minn nisa ta’ dawk suspettati fil-fatt kellha l-istess tip ta’ xaghar.

Advertisements

Leave a comment

Filed under Freddie Fenech

Stephen Said – il-Hamis, 15 ta’ Marzu 2001

Stephen Said, ‘Ix-Xewka’, inqatel sitt snin ilu

Maqtul b’bomba taht il-karozza 

said-8.jpg Il-Volvo li tahta tpoggiet il-bomba

Il-mod kif inqatel Stephen Said ta’ 29 sena minn Bormla u li kien joqghod Wied il-Ghajn, kien ilu zmien ma jkun hawn delitt bhalu f’Malta ghalkemm kien hemm diversi attentati. Id-delitt sehh nhar il-Hamis, 15 ta’ Marzu 2001, meta l-era tal-bombi ma’ residenzi u vetturi  kienet spiccat. Stephen Said inqatel meta xi hadd li ghadu mhux maghruf pogga bomba taht il-karozza ta’ Said li ma’ l-icken caqliqa splodiet.

Sparatura f’Wied il-Ghajn

Stephen Said gie deskritt minn hafna nies bhala bniedem gentlom u galantom. Izda “kienet taqbizlu malajr”, qalilna wiehed li kien jafu sew.Dan id-difett hareg fi Stephen meta nhar il-Gimgha, 26 ta’ Jannar 2000 kien dahal f’bicca nkwiet minhabba li kien hemm ragel li dejqu jdur quddiem il-hanut li kellu f’Wied il-Ghajn. Dakinhar Said flimkien ma’ zewgt irgiel ohrajn marru jfittxu ragel li kien f’karozza u li Said issuspetta hazin fih. It-tliet irgiel marru bil-karozza ta’ Said, il-Volvo li tahta tpoggiet il-bomba. Kif waslu fi Triq Sant’ Antnin li taghti ghal Haz-Zabbar, Said u shabu waqfu lir-ragel. Said hareg mill-Volvo b’senter f’idu u spara tir fid-direzzjoni tar-ragel. Kien il-pilastru tal-karozza li eventwalment salvat il-hajja tar-ragel izda xorta ntlaqat minn xi comb.Irrizulta li r-ragel u Said qatt ma kienu jafu lil xulxin u li gara kien li Said issuspetta hazin fih. Dan hareg ukoll mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija kif ukoll fil-Qorti. Said kien stqarr mal-Pulizija li kien sparalu ghax haseb li kien l-istess persuna li kellu xi jghid maghha l-lejl ta’ qabel f’Bormla.

 Zjara f’Napli

Sorsi li tkellmu maghna qalulna li xi xhur qabel ma Stephen Said inqatel kien mar Napli fl-Italja ma’ persuni ohrajn fuq dik imsejha “btala ta’ hidma”. Mhux maghruf ezatt x’tip ta’ negozju ghamlu meta kienu Napli jew min kienu l-persuni li marru mieghu. L-istess sorsi izda jemmnu li Stephen seta’ ghamel negozju li xi hadd hawn Malta ma hax gost bih, anzi irrabja hafna, qalilna s-sors. “Stephen rifes kallu. Kallu kbir biex spicca maqtul b’dak il-mod. Forsi ma kienx qaddis mixi fl-art. Ovvju li lil Stephen rieduh barra mic-cirkulazzjoni” sostna persuna li kien qrib sew ta’ Stephen Said.Tkellimt ma’ Garry Said, hu Stephen. Garry qali li jiftakar li darba Stephen kien mar Ruma u ghalkemm ma jiftakarx li huh nizel Napli, ma jistax jghid jekk meta kien Ruma nizilx sa Napli.

Pakkett

Persuni li kienu jafu sew lil Stephen jinsabu konvinti li z-zjara fl-Italja li kien ghamel Stephen hija b’xi mod konnessa mal-qtil tieghu. Ma’ min iltaqa’ l-Italja? Seta’ meta kien l-Italja nghata xi haga, bhal xi pakkett, biex igibu Malta minn Napli u Stephen ma accettax? Seta’ Stephen dan il-pakket gabu izda gara xi haga li l-konsinna ma waslitx ghand min kellha tasal?

 said-portrait.jpg  Min kien Stephen Said?

Stephen kien ihobb izomm id-dehra tieghu specjalment fl-ghazla ta’ l-ilbies. Meta rritorna minn Napli min rah hasbu persuna ohra. Wara l-qtil ta’ Stephen, il-familja tieghu ghaddiet minn dulur iehor. Stephen kien missier ta’ tliet it-tfal.  Sfortunatament it-tifla l-kbira mietet fl-età zghira ta’ 13-il sena kawza ta’ marda. Fuq is-santa tal-mewt li ghamlu l-familja hemm miktub “Ghaziz papà, nitolbok tigi tiltaqa’ mieghi hekk kif nasal hdejk fil-Genna”

stephen-u-tifla.jpg “Ghaziz papà, nitolbok tigi tiltaqa’ mieghi hekk kif nasal hdejk fil-Genna”.

Il-finanzi qatt ma naqsu u Stephen kien jonfoq il-flus qisu ma hemmx ghada. Meta kien ikun f’xi bar kont tarah ihallas hu anke jekk ikun hemm grupp kbir. Kien sid tal-bar “Brooklynn Generation Club” fi Triq il-Qaliet f’Wied il-Ghajn. Stephen kien jara kif se jdawwar lira u kien meqjus bhala negozjant li fejn jista’ jaghmel lira kien jaghmilha. Sfortunatment kellu wkoll il-vizzju tal-loghob u kien jilghab bil-kbir. Kien klijent tal-Casino u postijiet ohrajn. Il-familja qatt ma kien ihaliha nieqsa specjalment lit-tlett uliedu u lil ommu. Anke meta ssepara minn ma’ martu, xorta wahda baqa’ jiehu hsieb il-familja tieghu.Stephen kien tip ta’ bniedem li jekk ikun ma’ xi hadd u jmur f’xi bar u siehbu jinzerta li ma jkollux flus, mhux biss kien ihallaslu izda bil-kwiet u ’l boghod minn nies kien itih il-flus biex l-iehor ma jinkisirx quddiem l-ohrajn li m’ghandux flus. B’hekk ma kienx juri li qieghed ihallaslu ghax m’ghandux flus izda jhallih ihallas ukoll bi flusu.

Il-qattiel kien jaf lill-vittma sew

Min ried joqtol lil Stephen Said kien jaf ezatt il-passi tieghu. Nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgha, ma’ Stephen kien ikun hemm xi hadd minn hutu mieghu. Min qatlu stenna l-gunata tal-Hamis biex jaghmillu l-bomba. Kien jaf li Stephen kien johrog fil-5.00 a.m. u li dak il-hin ma kien se jkun hemm hadd fil-qrib. Il-pjan kien car. Jinqatel hu minghajr ma jwegga’ hadd izjed.

Wara l-ispluzjoni

Il-hoss li ghamlet il-bomba hasdet lil diversi nies li hasbu li kien sploda xi cilindru tal-gass. Fost dawk li semghet l-ispluzjoni u l-appartament jitrieghed kien hemm Graziella Attard, il-partner li kellu Stephen u li dak il-hin kienet ghadha rieqda f’appartament numru 3. Kif semghet l-ispluzjoni pruvat tohrog mill-appartament biex tmur tara x’kien gralu izda minhabba li Stephen kien sakkar il-bieb qabel hareg, fil-paniku ma setghetx tiftah. L-ewwel persuni li marru jghatu l-ghajnuna lil Said kienu l-koppja Nazzareno u Jacquiline Ghiller. Kif hargu raw dahna griza qrib il-karozza ta’ Said u meta marru jaraw x’gara sabu lil Said jokrob bl-ugiegh fil-Volvo. Said qal lil Nazzareno li ma setax jiehu n-nifs. “Beda jghajjat bl-ugiegh u beda jghidli – ‘in-nifs, in-nifs’. Kif rajt li kellu s-swaba’ ta’ idu l-leminija mtajra pruvajt ma nahllix jarahom. Kellu wkoll griehi gravi hafna f’riglejh. Ftit wara ntilef minn sensih”, kien irrakonta Nazzareno Ghiller dakinhar li sehh il-kaz.Ftit minuti wara waslu wkoll tliet Pulizija nisa li joqghodu qrib il-post, WPC 50 Miriam Mangion li llum hija Surgent fl-Ghassa ta’ Ghawdex, WPC 60 Grace Bianco u WPC 191 Monica Borg. Dak iz-zmien Mangion kienet toqghod biswit il-vittma fil-livell tat-triq u kienet hi li cemplet ghall-ambulanza u lill-Pulizija.

Miet fl-isptar

It-team mediku li mar fuq il-post ghamel minn kollox biex jassisti lil Stephen Said izda l-feriti kienu hafna gravi. Huwa ttiehed l-isptar u mill-ewwel beda jigi operat mit-tobba u specjalisti. Fost il-feriti li sofra Said kienu f’diversi partijiet ta’ gismu fejn tilef saqajh il-leminija minn taht l-irkobba, swaba’ ta’ idu l-leminija u hruq f’idu, riglejh, ghonqu u wiccu. Partijiet zghar minn gismu, fosthom wiehed mis-swaba’ ta’ l-id ittajru ma diversi partijiet fil-karozza. Hdejn il-pedala tal-gass insatabet zarbuna li fiha nstabet il-pala ta’ siequ l-leminja. Is-seat fejn kien Said u bejn is-seat ll-iehor kien hemm ghadira demm.Stephen Said ceda ghall-feriti gravi u kien certifikat mejjet fis-7.30 a.m.

sketch-bomba.jpg  Il-bomba

Il-bomba li ntuzat hija maghrufa bhala “victim operated eplosive device”. Dan ghax irid ikun il-vittma stess li jattivaha.  Il-bomba kienet maghmula minn minn kontenitur tal-metall li fih kellu materjal splussiv maghmul minn dak li jintuza ghax-xoghol tal-piroteknika jew kif inhu maghruf ahjar bhala n-nar tal-festi. Dan il-materjal splussiv kien jizen ftit aktar minn kilo u fih kien hemm detonatur. Taht ir-rota ta’ quddiem tan-naha tas-sewwieq tpoggew zewg kartunit milwija minn nofs, x’aktarx kienu ‘telecards’,  u b’wire imwahlin max-xifer taghhom. Il-wire, li kien twil madwar 14-il centimetru, baqa’ sejjer ghal batterija 9-volt li servit biex tipprovdi l-kurrent. Il-bomba tpoggiet fl-art taht il-karozza ezatt taht is-seat tas-sewwieq. Iz-zewg kartunit tpoggew taht ir-rota ta’ quddiem tan-naha tal-lemin, wiehed quddiem u l-iehor wara r-rota. B’hekk ma’ l-icken caqliqa tal-karozza, kemm il-quddiem kif ukoll lura, il-kuntatt isir. Fil-fatt jidher li Said lanqas lanqas kien lehaq qabbad il-makna tal-Volvo tant li hekk kif Stephen dahal fil-karozza huwa hareg sigarett izda ma lehaqx qabbdu. Minhabba li l-karozza kienet ipparkjata fir-rampa tal-garaxx ma’ l-ewwel moviment li ghamel, x’aktarx bil-piz tieghu stess hekk kif dahal fil-karozza, ir-rota ghamlet kuntatt u sehhet l-ispluzjoni.

Hsarat kull fejn thares

Ghalkemm il-bomba ma kkawzatx hsarat strutturali lil xi bini, xorta wahda ghamlet hsarat kull fejn thares fit-triq. Ovvjament l-ikbar hsara kienet fil-karozza tal-vittma specjalment fuq in-naha ta’ quddiem fl-art tal-karozza jew kif inhi maghrufa bhala l-floorboard. Il-pedali tal-gass, clutch u brake u s-seat fejn kien hemm Said tant li dan inqala minn postu u ghola kif ukoll id-dashboard kienu l-aktar li garbu hsarat estensivi. Il-frame tal-bieba tal-lemin inqasam minn nofs. L-erba’ roti nfaqghu tant li t-tyre ta’ quddiem mhux biss infaqgha u ccarrat izda hareg mir-rim ukoll. Hsarat ohrajn li kkawzat il-bomba kienu f’hajt ta’ l-appogg ta’ erba’ filati li kien hemm mar-rampa tal-garaxx fejn kienet ipparkjata l-Volvo.  

 said-10.jpg  Il-Kurunell Albert Camilleri flimkien ma’ l-Ispetturi John C. Ellul u Alfred Mallia Meta l-Kurunell Albert Camilleri, li kien mahtur mill-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera bhala espert ta’ l-isplussivi,  ezamina l-post toqba f’wiehed mic-cnagar kienet ikkawzata minn oggett li tar ma’ l-ispluzjoni. Il-bieb tal-garaxx li kien maghmul minn pjanci galvanizati wkoll ittaqqab b’bicciet tal-hadid li nifdu u laqtu karozza Hyundai li kienet fil-garaxx. Karozzi ohrajn li kienu pparkjati wkoll intlaqtu. Fost dawn kien hemm Peugoet 106, Fiat Punto u Mazda. Din ta’ l-ahhar nifdet bicca hadida mill-bieba u spiccat bejn is-seats ta’ quddiem. Hsarat ohrajn saru f’xi bibien tal-faccata u fit-triq kien hemm hafna debri. 

X’qalu l-familja tal-vittma

Emmanuela Said – omm il-vittma“Ma nista nghid xejn hazin fit-tifel. Kellu hafna affarijiet tajbin. Jekk kellu difett li kont naf bih, kien li kien izomm il-problemi ghalih u qatt ma gie jdejjaqni b’xi problema, jekk kellu problemi personali. Ma’ hutu, missieru u mieghi kien imur tajjeb hafna.”, hekk iddiskrivit lil binha Emmanuela Said, omm Stephen. Kien jiddejjaq jara lil xi hadd minn tal-familja meta jkunu ma jifilhux. Kienet ittih rasu meta kien jara lil ommu ma tiflahx. Dik il-gimgha li nqatel, Emmanuela qatt ma tista’ tinsiha ghal zewg ragunijiet. L-ewwelnett, qaltli l-omm b’ghajnejha mimlijin dmugh, minhabba t-tragedja li laqtet lill-familja u t-tieni ghax dik il-gimgha kellha bronkite. Stephen kien imur kuljum id-dar taghha l-Fgura biex jigbor lil huh iz-zghir, Christian li dak iz-zmien kellu 17-il sena. Nhar it-Tnejn, 12 ta’ Marzu 2001, kmieni filghodu ommu qaltlu li ma kienitx sejra xoghol ghax kienet qeghda thossha ma tiflahx.

emmanuela-said.jpg L-ahhar kliem li qalli kienu biex naghmel kuragg” – ommu

L-Erbgha Stephen innota li ommu kienet ghadha ma tiflahx sew tant li wassal lil huh San Giljan u ftit tal-hin wara kien lura l-Fgura biex ha lil ommu ghand it-tabib. Kien hawn li Emmanuela saret taf minghand it-tabib li kellha bronkite. Kif sema’ hekk Stephen beda jinkwieta u fuq parir tat-tabib ha lill-ommu d-dar u ra li dahlet fis-sodda kif qallu t-tabib.   Wara ftit rega’ dahal hdejn ommu u staqsiha kif kienet thossha. Missilha ftit xaghra u qalilha, “Issa jghaddilek”. Emmanuela waqfet tirrakkonta. B’qalba maqsuma ma felhitx tkompli. Fuq siggu iehor madwar il-mejda kien hemm bintha, Monica, thares lejn ommha. It-tnejn bid-dmugh niezel. Monica meshet id-dmugh minn ma’ wiccha b’tissue u baxxiet rasha. Emmanuela hadet nifs qawwi u qaltli, “Hareg u ma rajtux aktar. L-ahhar kliem li qalli kienu biex naghmel kuragg. Dak kien Stephen.” Madwar 17-il siegha wara Stephen Said kien mejjet fl-Isptar San Luqa kagun ta’ bomba li tpoggiet minn xi hadd li sal-lum ghadu jigri mas-saqajn.

Kif saru jafu bl-ahbar

Omm Stephen qaltli li Stephen kien imur ghal huh kuljum ftit wara l-5.00 a.m. Meta kienu digà saru l-5.30 a.m. Emmanuela bdiet tithasseb u staqsiet lil Christian kif Stephen kien ghadu ma tfaccax. Christian qam u hareg jistennih hdejn il-bieb ta’ barra. Ftit wara qal lill-ommu li wisq probabbli Stephen baqa’ rieqed. Ftit minuti wara nstema’ tahbit mal-bieb ta’ barra. Kienet habiba ta’ Stephen li qaltilha biex tmur magha ghax lil Stephen kienu ghamlulu bomba. Izda minhabba li kellha l-bronkite ma setghetx tohrog mid-dar. L-ahwa li kienu d-dar marru Wied il-Ghajn u ma’ Emmanuela baqghet il-mara ta’ wiehed minn uliedha. Aktar tard l-ahwa marru lura d-dar izda lill-ommhom ma qaluliex il-verità. Qalulha biss li Stephen kien wegga’ ftit idejh u saqajh. Monica, oht Stephen, qaltilna li minhabba li anke hi kienet xi ftit ma tiflahx ma riedux jghidulha li Stephen kien mejjet. L-ewwel hjiel li Monica kellha kien permezz ta’ telefonata minghand ohtha li tghix l-Irlanda. Din qaltilha li kienu cemplulha u qalulha li Stephen qieghed l-isptar ghax kellu xi argument. Monica hasbet li forsi l-lejl ta’ qabel huha seta’ kellu xi argument fil-Brooklyn Bar. Ghaldaqstant fethet ir-radju biex tisma’ jekk jghidux xi haga fl-ahbarijiet. Monica kompliet tghidli li fl-ahbarijiet bdew jghidu li kienu ghamlu bomba taht karozza f’Wied il-Ghajn u li Stephen Said kien fil-periklu imminenti li jitlef hajtu.“Qbadt u dak il-hin stess mort ghand ommi. Kif wasalt rajt hafna nies hdejn il-bieb ta’ barra u ftit wara gew huti mill-isptar”, qaltli Monica.Hija kompliet tirrakkonta li dak il-hin lanqas irrealizzat kif hutha telqu mill-isptar jekk kien f’qaghda kritika u hallewh wahdu. F’hin minnhom Monica qalet lil huha Jason li qabel ma Stephen ikun xi ftit ahjar ma kellhiex il-kuragg li tmur tarah l-isptar meta kienet taf li kien fil-periklu tal-mewt. Hija staqsiet lil Jason kif kien izda dan, minkejja li kien jaf li Stephen kien mejjet, qal lil Monica li huhom kien daqsxejn hazin. Izda, qalet Monica, wahda minn nisa ta’ hutha qaltilha li xi hadd irid jara kif se jghidu lil ommhom. Monica staqsietha “xi rridu nghidulha lil ommi?” u l-ohra qaltilha “mela ma tafx li Stephen miet?”. Kif semghet hekk Monica bdiet tibki u tghajjat u kien hawn li Emmanuela rrealizzat x’kien gara.

Misteru

Il-familja Said ghadhom sal-lum ma jistghux jifhmu mhux biss min ried lil Stephen mejjet, izda ghala nqatel. Kemm l-omm kif ukoll hutu ghalihom il-qtil ta’ Stephen permezz ta’ bomba huwa misteru. Stephen qatt ma qal xejn lil hadd jekk kellu xi problemi. Lill-familja qatt ma ried jinkwetahom. Jista’ jkun li kien jitkellem mal-hbieb, qaltli Monica, izda mhux maghhom. Ghaldaqstant jekk kellu xi nkwiet ma’ xi hadd qatt ma qal xejn.

Il-Pulizija

Garry Said, hu Stephen, qalli li l-ghada tal-qtil ta’ huh kien baghat ghalih l-Assistent Kummissarju John Rizzo, illum Kummissarju tal-Pulizija. Dakinhar kien staqsieh jekk kellux xi suspetti fuq xi hadd. Garry qal li la dakinhar u lanqas illum ma jista’ jimmagina min ried li Stephen mejjet. Anzi jasal biex jemmen li Stephen seta’ nqatel bi zball. Kienu staqsew kemm-il darba lill-Pulizija dwar il-kaz, specjalment huhom Jason, izda l-unika risposta li dejjem hadu kienet li ma hemm ebda zviluppi godda.

Ghajnuna mill-girien

Il-familja Said temmen li l-unika ghajnuna li tista’ tinghata biex ikun solvut dan il-kaz trid tigi mill-girien. Forsi xi hadd ra xi haga, qalli hu l-vittma, Garry. “Imqar jekk raw xi karozza sejra minn fuq il-post. Xi hadd suspettuz. Nemmen li kull ghajnuna tista’ tghin. Veru li lil Stephen mhux se ngibuh lura izda l-gustizzja trid issir”.

Lesta tahfer?

Staqsejt lil Emmanuela jekk tasalx li tahfer lil min qatel lil binha. Ma damitx tahseb u r-risposta harget minn qalb ta’ omm mugugha.“Nahfer lil min qatilli lil ibni? Seraqli parti minni? Meta se nerga’ narah lill-ibni li qatluh meta kellu biss 29 sena?”Monica kompliet tghidli li t-trawma li ghaddew, u ghaddhom ghaddejjin minna, hija tal-biza. Sal-lum anke jekk tkun x’imkien u tara lil xi hadd ihares lejhom b’mod differenti wkoll tahseb hazin. L-omm qalet ukoll li kull darba li tidhol fil-karozza jibdew ghaddejjin hsibijiet koroh. Hut Stephen ukoll kultant jidhlilhom il-hsieb li anke huma jistghu jkunu vittmi u ghadhom iharsu taht il-karozza.

Bezghan

Garry Said qal li huh Stephen ma kienx qaddis u meta zbalja hallas. Semma’ l-kaz ta’ meta Stephen u tnejn ohra kienu marru wara ragel u Stephen sparalu (ara sparatura f’Wied il-Ghajn). Garry jemmen li Stephen agixxa b’dak il-mod ghax kien diga’ bezghan. Seta’ kien li forsi kien gie mhedded u meta ra lil dak ir-ragel gej u sejjer quddiem il-hanut u jhares fil-hanut li dan kien mar hemm ghalih. Izda l-fatti wrew mod iehor u dak ir-ragel kien mar hemm ghax kellu problemi personali li Stephen ma kellux x’jaqsam maghhom. Kien zball genwin li minkejja li ma spiccax tajjeb b’xorti tajba ma spiccax fi tragedja.Garry qalli li erbat ijiem qabel ma Stephen inqatel, il-Hadd 11 ta’ Marzu, hu (Gary) kien mal-mara u t-tfal f’San Giljan fejn iltaqa’ ma’ huh Stephen u meta qallu li kienu se jmorru ghax kien qed isir il-hin, Stephen talbu biex ma jitlaqx. Meta staqsieh jekk kellux bzonn xi haga, Stephen qallu li kien qieghed ihossu mdejjaq. Fil-jiem ta’ qabel gieli wkoll kienu jarawh bil-qieghda jzomm rasu u hosbien. Din kienet l-ewwel darba li Stephen deher li kien qieghed jibza’ minn xi haga izda ma qalx ghala u minn min kien bezghan. Wara li  Stephen inqatel, dan l-episodju f’mohh Garry beda jberren u llum jemmen li dakinhar Stephen kien qieghed ikun mhedded. X’gara

Min pogga l-bomba taht il-karozza ta’ Stephen Said kien jaf ezatt x’qieghed jaghmel u ghaldaqstant dan il-qtil kien wiehed premiditat. Il-qattiel kien jaf ukoll li Said kien kull fil-ghodu johrog ftit qabel il-5.00 a.m. biex imur jigbor lil huh. Il-bomba tpoggiet f’xi hin bejn bejn nofs il-lejl u l-4.00 a.m. fil-hin li fit-triq ma jkun hemm hadd u fid-dlam.Il-lejl ta’ qabel, Said u l-partner tieghu Graziella Attard, waslu fl-appartament taghhom fi Triq Patri Wistin Born f’Wied il-Ghajn ghal habta tal-11.00 p.m. L-ghada filghodu Stephen qam kmieni bhas-soltu. Huwa hareg mill-appartament fil-4.56 a.m., sakkar il-bieb ta’ l-appartament u dahal fil-karozza tieghu Volvo li kienet ipparkjata fir-rampa tad-dahla tal-garaxx.Dak il-hin ma kien hemm hadd barra. Kien beda jisbah u l-kwiet fi Triq Patri Wistin Born kien normali. Kif Stephen dahal fil-karozza hareg sigarett u l-lighter izda s-sigarett ma qabdux. Kif il-Volvo iccaqalqet, x’aktarx anke minhabba li seta’ ghamel xi moviment Said,  ir-roti ghamlu moviment zghir izda kien bizzejjed biex sar kuntatt bejn il-wires u l-kurrent mexa lejn il-bomba u sehhet l-ispluzjoni li reghdet l-inhawi. 

5 Comments

Filed under Stephen Said

Is-sensiela Delitti Mhux Solvuti

Ergajt ircevejt hafna e-mails biex nippublika s-sensiela li kont ghamilt fuq l-orizzont – Delitti Mhux Solvuti. Ghaldaqstant hloqt din is-site gdida biex tkun dedikata ghal din is-sensiela biss.

2 Comments

Filed under Introduzzjoni, Uncategorized