Stephen Said, ‘Ix-Xewka’, inqatel sitt snin ilu
Maqtul b’bomba taht il-karozza
Il-Volvo li tahta tpoggiet il-bomba
Il-mod kif inqatel Stephen Said ta’ 29 sena minn Bormla u li kien joqghod Wied il-Ghajn, kien ilu zmien ma jkun hawn delitt bhalu f’Malta ghalkemm kien hemm diversi attentati. Id-delitt sehh nhar il-Hamis, 15 ta’ Marzu 2001, meta l-era tal-bombi ma’ residenzi u vetturi kienet spiccat. Stephen Said inqatel meta xi hadd li ghadu mhux maghruf pogga bomba taht il-karozza ta’ Said li ma’ l-icken caqliqa splodiet.
Sparatura f’Wied il-Ghajn
Stephen Said gie deskritt minn hafna nies bhala bniedem gentlom u galantom. Izda “kienet taqbizlu malajr”, qalilna wiehed li kien jafu sew.Dan id-difett hareg fi Stephen meta nhar il-Gimgha, 26 ta’ Jannar 2000 kien dahal f’bicca nkwiet minhabba li kien hemm ragel li dejqu jdur quddiem il-hanut li kellu f’Wied il-Ghajn. Dakinhar Said flimkien ma’ zewgt irgiel ohrajn marru jfittxu ragel li kien f’karozza u li Said issuspetta hazin fih. It-tliet irgiel marru bil-karozza ta’ Said, il-Volvo li tahta tpoggiet il-bomba. Kif waslu fi Triq Sant’ Antnin li taghti ghal Haz-Zabbar, Said u shabu waqfu lir-ragel. Said hareg mill-Volvo b’senter f’idu u spara tir fid-direzzjoni tar-ragel. Kien il-pilastru tal-karozza li eventwalment salvat il-hajja tar-ragel izda xorta ntlaqat minn xi comb.Irrizulta li r-ragel u Said qatt ma kienu jafu lil xulxin u li gara kien li Said issuspetta hazin fih. Dan hareg ukoll mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija kif ukoll fil-Qorti. Said kien stqarr mal-Pulizija li kien sparalu ghax haseb li kien l-istess persuna li kellu xi jghid maghha l-lejl ta’ qabel f’Bormla.
Zjara f’Napli
Sorsi li tkellmu maghna qalulna li xi xhur qabel ma Stephen Said inqatel kien mar Napli fl-Italja ma’ persuni ohrajn fuq dik imsejha “btala ta’ hidma”. Mhux maghruf ezatt x’tip ta’ negozju ghamlu meta kienu Napli jew min kienu l-persuni li marru mieghu. L-istess sorsi izda jemmnu li Stephen seta’ ghamel negozju li xi hadd hawn Malta ma hax gost bih, anzi irrabja hafna, qalilna s-sors. “Stephen rifes kallu. Kallu kbir biex spicca maqtul b’dak il-mod. Forsi ma kienx qaddis mixi fl-art. Ovvju li lil Stephen rieduh barra mic-cirkulazzjoni” sostna persuna li kien qrib sew ta’ Stephen Said.Tkellimt ma’ Garry Said, hu Stephen. Garry qali li jiftakar li darba Stephen kien mar Ruma u ghalkemm ma jiftakarx li huh nizel Napli, ma jistax jghid jekk meta kien Ruma nizilx sa Napli.
Pakkett
Persuni li kienu jafu sew lil Stephen jinsabu konvinti li z-zjara fl-Italja li kien ghamel Stephen hija b’xi mod konnessa mal-qtil tieghu. Ma’ min iltaqa’ l-Italja? Seta’ meta kien l-Italja nghata xi haga, bhal xi pakkett, biex igibu Malta minn Napli u Stephen ma accettax? Seta’ Stephen dan il-pakket gabu izda gara xi haga li l-konsinna ma waslitx ghand min kellha tasal?
Min kien Stephen Said?
Stephen kien ihobb izomm id-dehra tieghu specjalment fl-ghazla ta’ l-ilbies. Meta rritorna minn Napli min rah hasbu persuna ohra. Wara l-qtil ta’ Stephen, il-familja tieghu ghaddiet minn dulur iehor. Stephen kien missier ta’ tliet it-tfal. Sfortunatament it-tifla l-kbira mietet fl-età zghira ta’ 13-il sena kawza ta’ marda. Fuq is-santa tal-mewt li ghamlu l-familja hemm miktub “Ghaziz papà, nitolbok tigi tiltaqa’ mieghi hekk kif nasal hdejk fil-Genna”
“Ghaziz papà, nitolbok tigi tiltaqa’ mieghi hekk kif nasal hdejk fil-Genna”.
Il-finanzi qatt ma naqsu u Stephen kien jonfoq il-flus qisu ma hemmx ghada. Meta kien ikun f’xi bar kont tarah ihallas hu anke jekk ikun hemm grupp kbir. Kien sid tal-bar “Brooklynn Generation Club” fi Triq il-Qaliet f’Wied il-Ghajn. Stephen kien jara kif se jdawwar lira u kien meqjus bhala negozjant li fejn jista’ jaghmel lira kien jaghmilha. Sfortunatment kellu wkoll il-vizzju tal-loghob u kien jilghab bil-kbir. Kien klijent tal-Casino u postijiet ohrajn. Il-familja qatt ma kien ihaliha nieqsa specjalment lit-tlett uliedu u lil ommu. Anke meta ssepara minn ma’ martu, xorta wahda baqa’ jiehu hsieb il-familja tieghu.Stephen kien tip ta’ bniedem li jekk ikun ma’ xi hadd u jmur f’xi bar u siehbu jinzerta li ma jkollux flus, mhux biss kien ihallaslu izda bil-kwiet u ’l boghod minn nies kien itih il-flus biex l-iehor ma jinkisirx quddiem l-ohrajn li m’ghandux flus. B’hekk ma kienx juri li qieghed ihallaslu ghax m’ghandux flus izda jhallih ihallas ukoll bi flusu.
Il-qattiel kien jaf lill-vittma sew
Min ried joqtol lil Stephen Said kien jaf ezatt il-passi tieghu. Nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgha, ma’ Stephen kien ikun hemm xi hadd minn hutu mieghu. Min qatlu stenna l-gunata tal-Hamis biex jaghmillu l-bomba. Kien jaf li Stephen kien johrog fil-5.00 a.m. u li dak il-hin ma kien se jkun hemm hadd fil-qrib. Il-pjan kien car. Jinqatel hu minghajr ma jwegga’ hadd izjed.
Wara l-ispluzjoni
Il-hoss li ghamlet il-bomba hasdet lil diversi nies li hasbu li kien sploda xi cilindru tal-gass. Fost dawk li semghet l-ispluzjoni u l-appartament jitrieghed kien hemm Graziella Attard, il-partner li kellu Stephen u li dak il-hin kienet ghadha rieqda f’appartament numru 3. Kif semghet l-ispluzjoni pruvat tohrog mill-appartament biex tmur tara x’kien gralu izda minhabba li Stephen kien sakkar il-bieb qabel hareg, fil-paniku ma setghetx tiftah. L-ewwel persuni li marru jghatu l-ghajnuna lil Said kienu l-koppja Nazzareno u Jacquiline Ghiller. Kif hargu raw dahna griza qrib il-karozza ta’ Said u meta marru jaraw x’gara sabu lil Said jokrob bl-ugiegh fil-Volvo. Said qal lil Nazzareno li ma setax jiehu n-nifs. “Beda jghajjat bl-ugiegh u beda jghidli – ‘in-nifs, in-nifs’. Kif rajt li kellu s-swaba’ ta’ idu l-leminija mtajra pruvajt ma nahllix jarahom. Kellu wkoll griehi gravi hafna f’riglejh. Ftit wara ntilef minn sensih”, kien irrakonta Nazzareno Ghiller dakinhar li sehh il-kaz.Ftit minuti wara waslu wkoll tliet Pulizija nisa li joqghodu qrib il-post, WPC 50 Miriam Mangion li llum hija Surgent fl-Ghassa ta’ Ghawdex, WPC 60 Grace Bianco u WPC 191 Monica Borg. Dak iz-zmien Mangion kienet toqghod biswit il-vittma fil-livell tat-triq u kienet hi li cemplet ghall-ambulanza u lill-Pulizija.
Miet fl-isptar
It-team mediku li mar fuq il-post ghamel minn kollox biex jassisti lil Stephen Said izda l-feriti kienu hafna gravi. Huwa ttiehed l-isptar u mill-ewwel beda jigi operat mit-tobba u specjalisti. Fost il-feriti li sofra Said kienu f’diversi partijiet ta’ gismu fejn tilef saqajh il-leminija minn taht l-irkobba, swaba’ ta’ idu l-leminija u hruq f’idu, riglejh, ghonqu u wiccu. Partijiet zghar minn gismu, fosthom wiehed mis-swaba’ ta’ l-id ittajru ma diversi partijiet fil-karozza. Hdejn il-pedala tal-gass insatabet zarbuna li fiha nstabet il-pala ta’ siequ l-leminja. Is-seat fejn kien Said u bejn is-seat ll-iehor kien hemm ghadira demm.Stephen Said ceda ghall-feriti gravi u kien certifikat mejjet fis-7.30 a.m.
Il-bomba
Il-bomba li ntuzat hija maghrufa bhala “victim operated eplosive device”. Dan ghax irid ikun il-vittma stess li jattivaha. Il-bomba kienet maghmula minn minn kontenitur tal-metall li fih kellu materjal splussiv maghmul minn dak li jintuza ghax-xoghol tal-piroteknika jew kif inhu maghruf ahjar bhala n-nar tal-festi. Dan il-materjal splussiv kien jizen ftit aktar minn kilo u fih kien hemm detonatur. Taht ir-rota ta’ quddiem tan-naha tas-sewwieq tpoggew zewg kartunit milwija minn nofs, x’aktarx kienu ‘telecards’, u b’wire imwahlin max-xifer taghhom. Il-wire, li kien twil madwar 14-il centimetru, baqa’ sejjer ghal batterija 9-volt li servit biex tipprovdi l-kurrent. Il-bomba tpoggiet fl-art taht il-karozza ezatt taht is-seat tas-sewwieq. Iz-zewg kartunit tpoggew taht ir-rota ta’ quddiem tan-naha tal-lemin, wiehed quddiem u l-iehor wara r-rota. B’hekk ma’ l-icken caqliqa tal-karozza, kemm il-quddiem kif ukoll lura, il-kuntatt isir. Fil-fatt jidher li Said lanqas lanqas kien lehaq qabbad il-makna tal-Volvo tant li hekk kif Stephen dahal fil-karozza huwa hareg sigarett izda ma lehaqx qabbdu. Minhabba li l-karozza kienet ipparkjata fir-rampa tal-garaxx ma’ l-ewwel moviment li ghamel, x’aktarx bil-piz tieghu stess hekk kif dahal fil-karozza, ir-rota ghamlet kuntatt u sehhet l-ispluzjoni.
Hsarat kull fejn thares
Ghalkemm il-bomba ma kkawzatx hsarat strutturali lil xi bini, xorta wahda ghamlet hsarat kull fejn thares fit-triq. Ovvjament l-ikbar hsara kienet fil-karozza tal-vittma specjalment fuq in-naha ta’ quddiem fl-art tal-karozza jew kif inhi maghrufa bhala l-floorboard. Il-pedali tal-gass, clutch u brake u s-seat fejn kien hemm Said tant li dan inqala minn postu u ghola kif ukoll id-dashboard kienu l-aktar li garbu hsarat estensivi. Il-frame tal-bieba tal-lemin inqasam minn nofs. L-erba’ roti nfaqghu tant li t-tyre ta’ quddiem mhux biss infaqgha u ccarrat izda hareg mir-rim ukoll. Hsarat ohrajn li kkawzat il-bomba kienu f’hajt ta’ l-appogg ta’ erba’ filati li kien hemm mar-rampa tal-garaxx fejn kienet ipparkjata l-Volvo.
Il-Kurunell Albert Camilleri flimkien ma’ l-Ispetturi John C. Ellul u Alfred Mallia Meta l-Kurunell Albert Camilleri, li kien mahtur mill-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera bhala espert ta’ l-isplussivi, ezamina l-post toqba f’wiehed mic-cnagar kienet ikkawzata minn oggett li tar ma’ l-ispluzjoni. Il-bieb tal-garaxx li kien maghmul minn pjanci galvanizati wkoll ittaqqab b’bicciet tal-hadid li nifdu u laqtu karozza Hyundai li kienet fil-garaxx. Karozzi ohrajn li kienu pparkjati wkoll intlaqtu. Fost dawn kien hemm Peugoet 106, Fiat Punto u Mazda. Din ta’ l-ahhar nifdet bicca hadida mill-bieba u spiccat bejn is-seats ta’ quddiem. Hsarat ohrajn saru f’xi bibien tal-faccata u fit-triq kien hemm hafna debri.
X’qalu l-familja tal-vittma
Emmanuela Said – omm il-vittma“Ma nista nghid xejn hazin fit-tifel. Kellu hafna affarijiet tajbin. Jekk kellu difett li kont naf bih, kien li kien izomm il-problemi ghalih u qatt ma gie jdejjaqni b’xi problema, jekk kellu problemi personali. Ma’ hutu, missieru u mieghi kien imur tajjeb hafna.”, hekk iddiskrivit lil binha Emmanuela Said, omm Stephen. Kien jiddejjaq jara lil xi hadd minn tal-familja meta jkunu ma jifilhux. Kienet ittih rasu meta kien jara lil ommu ma tiflahx. Dik il-gimgha li nqatel, Emmanuela qatt ma tista’ tinsiha ghal zewg ragunijiet. L-ewwelnett, qaltli l-omm b’ghajnejha mimlijin dmugh, minhabba t-tragedja li laqtet lill-familja u t-tieni ghax dik il-gimgha kellha bronkite. Stephen kien imur kuljum id-dar taghha l-Fgura biex jigbor lil huh iz-zghir, Christian li dak iz-zmien kellu 17-il sena. Nhar it-Tnejn, 12 ta’ Marzu 2001, kmieni filghodu ommu qaltlu li ma kienitx sejra xoghol ghax kienet qeghda thossha ma tiflahx.
“L-ahhar kliem li qalli kienu biex naghmel kuragg” – ommu
L-Erbgha Stephen innota li ommu kienet ghadha ma tiflahx sew tant li wassal lil huh San Giljan u ftit tal-hin wara kien lura l-Fgura biex ha lil ommu ghand it-tabib. Kien hawn li Emmanuela saret taf minghand it-tabib li kellha bronkite. Kif sema’ hekk Stephen beda jinkwieta u fuq parir tat-tabib ha lill-ommu d-dar u ra li dahlet fis-sodda kif qallu t-tabib. Wara ftit rega’ dahal hdejn ommu u staqsiha kif kienet thossha. Missilha ftit xaghra u qalilha, “Issa jghaddilek”. Emmanuela waqfet tirrakkonta. B’qalba maqsuma ma felhitx tkompli. Fuq siggu iehor madwar il-mejda kien hemm bintha, Monica, thares lejn ommha. It-tnejn bid-dmugh niezel. Monica meshet id-dmugh minn ma’ wiccha b’tissue u baxxiet rasha. Emmanuela hadet nifs qawwi u qaltli, “Hareg u ma rajtux aktar. L-ahhar kliem li qalli kienu biex naghmel kuragg. Dak kien Stephen.” Madwar 17-il siegha wara Stephen Said kien mejjet fl-Isptar San Luqa kagun ta’ bomba li tpoggiet minn xi hadd li sal-lum ghadu jigri mas-saqajn.
Kif saru jafu bl-ahbar
Omm Stephen qaltli li Stephen kien imur ghal huh kuljum ftit wara l-5.00 a.m. Meta kienu digà saru l-5.30 a.m. Emmanuela bdiet tithasseb u staqsiet lil Christian kif Stephen kien ghadu ma tfaccax. Christian qam u hareg jistennih hdejn il-bieb ta’ barra. Ftit wara qal lill-ommu li wisq probabbli Stephen baqa’ rieqed. Ftit minuti wara nstema’ tahbit mal-bieb ta’ barra. Kienet habiba ta’ Stephen li qaltilha biex tmur magha ghax lil Stephen kienu ghamlulu bomba. Izda minhabba li kellha l-bronkite ma setghetx tohrog mid-dar. L-ahwa li kienu d-dar marru Wied il-Ghajn u ma’ Emmanuela baqghet il-mara ta’ wiehed minn uliedha. Aktar tard l-ahwa marru lura d-dar izda lill-ommhom ma qaluliex il-verità. Qalulha biss li Stephen kien wegga’ ftit idejh u saqajh. Monica, oht Stephen, qaltilna li minhabba li anke hi kienet xi ftit ma tiflahx ma riedux jghidulha li Stephen kien mejjet. L-ewwel hjiel li Monica kellha kien permezz ta’ telefonata minghand ohtha li tghix l-Irlanda. Din qaltilha li kienu cemplulha u qalulha li Stephen qieghed l-isptar ghax kellu xi argument. Monica hasbet li forsi l-lejl ta’ qabel huha seta’ kellu xi argument fil-Brooklyn Bar. Ghaldaqstant fethet ir-radju biex tisma’ jekk jghidux xi haga fl-ahbarijiet. Monica kompliet tghidli li fl-ahbarijiet bdew jghidu li kienu ghamlu bomba taht karozza f’Wied il-Ghajn u li Stephen Said kien fil-periklu imminenti li jitlef hajtu.“Qbadt u dak il-hin stess mort ghand ommi. Kif wasalt rajt hafna nies hdejn il-bieb ta’ barra u ftit wara gew huti mill-isptar”, qaltli Monica.Hija kompliet tirrakkonta li dak il-hin lanqas irrealizzat kif hutha telqu mill-isptar jekk kien f’qaghda kritika u hallewh wahdu. F’hin minnhom Monica qalet lil huha Jason li qabel ma Stephen ikun xi ftit ahjar ma kellhiex il-kuragg li tmur tarah l-isptar meta kienet taf li kien fil-periklu tal-mewt. Hija staqsiet lil Jason kif kien izda dan, minkejja li kien jaf li Stephen kien mejjet, qal lil Monica li huhom kien daqsxejn hazin. Izda, qalet Monica, wahda minn nisa ta’ hutha qaltilha li xi hadd irid jara kif se jghidu lil ommhom. Monica staqsietha “xi rridu nghidulha lil ommi?” u l-ohra qaltilha “mela ma tafx li Stephen miet?”. Kif semghet hekk Monica bdiet tibki u tghajjat u kien hawn li Emmanuela rrealizzat x’kien gara.
Misteru
Il-familja Said ghadhom sal-lum ma jistghux jifhmu mhux biss min ried lil Stephen mejjet, izda ghala nqatel. Kemm l-omm kif ukoll hutu ghalihom il-qtil ta’ Stephen permezz ta’ bomba huwa misteru. Stephen qatt ma qal xejn lil hadd jekk kellu xi problemi. Lill-familja qatt ma ried jinkwetahom. Jista’ jkun li kien jitkellem mal-hbieb, qaltli Monica, izda mhux maghhom. Ghaldaqstant jekk kellu xi nkwiet ma’ xi hadd qatt ma qal xejn.
Il-Pulizija
Garry Said, hu Stephen, qalli li l-ghada tal-qtil ta’ huh kien baghat ghalih l-Assistent Kummissarju John Rizzo, illum Kummissarju tal-Pulizija. Dakinhar kien staqsieh jekk kellux xi suspetti fuq xi hadd. Garry qal li la dakinhar u lanqas illum ma jista’ jimmagina min ried li Stephen mejjet. Anzi jasal biex jemmen li Stephen seta’ nqatel bi zball. Kienu staqsew kemm-il darba lill-Pulizija dwar il-kaz, specjalment huhom Jason, izda l-unika risposta li dejjem hadu kienet li ma hemm ebda zviluppi godda.
Ghajnuna mill-girien
Il-familja Said temmen li l-unika ghajnuna li tista’ tinghata biex ikun solvut dan il-kaz trid tigi mill-girien. Forsi xi hadd ra xi haga, qalli hu l-vittma, Garry. “Imqar jekk raw xi karozza sejra minn fuq il-post. Xi hadd suspettuz. Nemmen li kull ghajnuna tista’ tghin. Veru li lil Stephen mhux se ngibuh lura izda l-gustizzja trid issir”.
Lesta tahfer?
Staqsejt lil Emmanuela jekk tasalx li tahfer lil min qatel lil binha. Ma damitx tahseb u r-risposta harget minn qalb ta’ omm mugugha.“Nahfer lil min qatilli lil ibni? Seraqli parti minni? Meta se nerga’ narah lill-ibni li qatluh meta kellu biss 29 sena?”Monica kompliet tghidli li t-trawma li ghaddew, u ghaddhom ghaddejjin minna, hija tal-biza. Sal-lum anke jekk tkun x’imkien u tara lil xi hadd ihares lejhom b’mod differenti wkoll tahseb hazin. L-omm qalet ukoll li kull darba li tidhol fil-karozza jibdew ghaddejjin hsibijiet koroh. Hut Stephen ukoll kultant jidhlilhom il-hsieb li anke huma jistghu jkunu vittmi u ghadhom iharsu taht il-karozza.
Bezghan
Garry Said qal li huh Stephen ma kienx qaddis u meta zbalja hallas. Semma’ l-kaz ta’ meta Stephen u tnejn ohra kienu marru wara ragel u Stephen sparalu (ara sparatura f’Wied il-Ghajn). Garry jemmen li Stephen agixxa b’dak il-mod ghax kien diga’ bezghan. Seta’ kien li forsi kien gie mhedded u meta ra lil dak ir-ragel gej u sejjer quddiem il-hanut u jhares fil-hanut li dan kien mar hemm ghalih. Izda l-fatti wrew mod iehor u dak ir-ragel kien mar hemm ghax kellu problemi personali li Stephen ma kellux x’jaqsam maghhom. Kien zball genwin li minkejja li ma spiccax tajjeb b’xorti tajba ma spiccax fi tragedja.Garry qalli li erbat ijiem qabel ma Stephen inqatel, il-Hadd 11 ta’ Marzu, hu (Gary) kien mal-mara u t-tfal f’San Giljan fejn iltaqa’ ma’ huh Stephen u meta qallu li kienu se jmorru ghax kien qed isir il-hin, Stephen talbu biex ma jitlaqx. Meta staqsieh jekk kellux bzonn xi haga, Stephen qallu li kien qieghed ihossu mdejjaq. Fil-jiem ta’ qabel gieli wkoll kienu jarawh bil-qieghda jzomm rasu u hosbien. Din kienet l-ewwel darba li Stephen deher li kien qieghed jibza’ minn xi haga izda ma qalx ghala u minn min kien bezghan. Wara li Stephen inqatel, dan l-episodju f’mohh Garry beda jberren u llum jemmen li dakinhar Stephen kien qieghed ikun mhedded. X’gara
Min pogga l-bomba taht il-karozza ta’ Stephen Said kien jaf ezatt x’qieghed jaghmel u ghaldaqstant dan il-qtil kien wiehed premiditat. Il-qattiel kien jaf ukoll li Said kien kull fil-ghodu johrog ftit qabel il-5.00 a.m. biex imur jigbor lil huh. Il-bomba tpoggiet f’xi hin bejn bejn nofs il-lejl u l-4.00 a.m. fil-hin li fit-triq ma jkun hemm hadd u fid-dlam.Il-lejl ta’ qabel, Said u l-partner tieghu Graziella Attard, waslu fl-appartament taghhom fi Triq Patri Wistin Born f’Wied il-Ghajn ghal habta tal-11.00 p.m. L-ghada filghodu Stephen qam kmieni bhas-soltu. Huwa hareg mill-appartament fil-4.56 a.m., sakkar il-bieb ta’ l-appartament u dahal fil-karozza tieghu Volvo li kienet ipparkjata fir-rampa tad-dahla tal-garaxx.Dak il-hin ma kien hemm hadd barra. Kien beda jisbah u l-kwiet fi Triq Patri Wistin Born kien normali. Kif Stephen dahal fil-karozza hareg sigarett u l-lighter izda s-sigarett ma qabdux. Kif il-Volvo iccaqalqet, x’aktarx anke minhabba li seta’ ghamel xi moviment Said, ir-roti ghamlu moviment zghir izda kien bizzejjed biex sar kuntatt bejn il-wires u l-kurrent mexa lejn il-bomba u sehhet l-ispluzjoni li reghdet l-inhawi.
Prosit John vera nteressanti kulhadd ikun nesa dawn il-kazijiet u aktar u aktar dawn id-dettalji li qed taghti li huma kemm umani u anke investigattivi
lil min qatel lil stephen said ghax veru ma kienx jaf min hu .
jiena sheryl l gharusa ta hu stephen (victor) jiena lil stephen ma nafux pero nixtieq nghid li min qatel lil stephen ghax kellu ugieh ta zaqq kbira ghall stephen u ghira bazwijja u li nixtieq nghid hu li mhux vera ghaw gustizzja f”malta ghax kieku mid dettalji li ghawn ilkom li qbattuh snin mhux ghaddew 7 snin u ghadu jigri mas saqajn…
jiena xtaqt nikteb zewg kelmiet imma ezatt ma nafx minfejn se nibda… mela ghawn malta niftahru kemm ghanna puluzijja u gustizzja bsahhita pura u eccellenti jghidu ukoll li ghawn avukati u magistrati primi u tajbin jiena nixtieq inkun naf ghaliex ghadda daz-zmien kollu u ghadu hadd ma jaf min qatel lil dan il-habib ta’ qalb tajba li kellna stephen ghall-min jafu jafx x’qet nghid kien jitma lil-imgewha u kien ilibbes lil arwenin kellu qalb tad-dheb u ma nafx min seta qatlu imma jiena stess immaginajt li, il-gustizzja ghada qatt ma qabdet lil qattiel…… ghax issa mejjet hux ul mejjet ma jitkellimx basta ghanna il- puluzijja ul gustizzja ul pwieni tafu lil min iwahhlu u jitfawh gewwa lil min ghandu xi multa u ma jistax ihallasa mhux lil min joqtol ghax dak jibzaw minnhu hux ghawn malta ghadu hadd qatt ma gie f’ sensieh u li nixtieq nghid qabel ma nalghaq huwwa li ghax mejjet kollox jintnesa. jalla li min wasal biex jghamel dan l att kriminali fuq bniedem bla htijja xhin tasal is siegha ta mewtu ihoss dak lugieh li hass stephen u jalla ihossu ukoll l ugieh ta qalb li hassu il familjari tieghu grazzi talli qrajtu u fhimtu xirrid nghid nispera li hekk thallu xi kument warajja thalluh vera bis sens s.s rip
Stephen kien bniedem ta’ veru. Habib li kulhadd xtaq li jkollu, ghal bosta sahansitra kien it-tama u speranza, ghax kien jghin lil hafna specjalment finanzjarjament.
Stephen kien bniedem ta rgulija kbira, kelmtu kienet tiswa daqs l-aqwa kuntratt. Kien bniedem li mhux ser jitradik u kont issibu dejjem specjalment fil-hin tal-bzonn.
Nista nghid li meta miet Stephen ma mietx biss habib kbir ghalija imma mietet bicca minni. F’Marzu ghadu jaqbadni dieqa kbira, izda ghalkemm mejjet ghadu haj f’qalbi u hsibijieti.
Nispera li Alla jtih il-glorja tal-genna u jaghti s-sabar lil familja tieghu kollha.
Qatt minsi minn siehbek Karl.