| Qtil kiesah u bierad
Inqatel waqt hold-up Din kienet l-ewwel storja li ppublikajt fis-sensiela “Delitti Mhux Solvuti” u kienet biss forma ta’ intervista ma’ mart il-vittma. Hija differenti mill-istejjer l-ohrajn izda l-onesta ta’ l-armla u l-mod sincier kif tkellmet hareg l-att uman f’din l-istorja. Il-mottiv li nqatel Freddie Fenech f’Settembu ta’ kwazi 27 sena ilu s’issa jidher li kien serq, izda dan jista’ jkun accertat biss jekk xi darba l-Pulizija jaslu biex isolvu dan id-delitt. Din l-istorja kont ippublikajta fil-gurnal l-orizzont fl-anniversarju mill-qtil ta’ Freddie Fenech, fil-21 ta’ Settembru 2004.
Tiftah qalba l-armla tal-vittma Ftit tal-jiem qabel kont tkellimt fit-tul ma’ Mary Fenech, mart il-vittma, li ghaddiet X’ghamlu dakinhar li nqatel Freddie “L-ewwel ma ghamilna morna l-quddies. Dejjem konna mmorru 10 minuti qabel tibda l-quddies. Freddie kien jghidli li jew jisma’ l-quddiesa kollha jew ahjar ma jisma’ xejn. Wara gejna hawn, kilna u morna l-Qawra. Dak in-nhar insejna niehdu c-cwievet tal-post fil-Qawra u ma stajniex nidhlu. Tlaqna kmieni mill-Qawra ghax billi ma stajniex nidhlu fil-post taghna morna ghand hutu u ma domniex. Probabbli kieku dhalna u bqajna hemm wehidna kienu jsibuna hemm u joqtluna t-tnejn li ahna hemm gew. |
| “Kellna t-trakkijiet hawn fil-hofra fejn qeghdin jibnu. Is-soltu Freddie kien jieqaf hemm izda dak in-nhar baqa’ gej sa hdejn il-bieb. Hemm hekk rajt karozza bi tlett irgiel wara u wiehed quddiem. Kienu pparkjati hdejn il-knisja u nahseb li kif rawna gew warajna. Kellna l-Hillman il-qadima taht il-gallarija tal-gara u l-vann kien ezatt quddiem il-garaxx biex Freddie jdahhlu. Jien hrigt mill-vann u mort biex niftah il-bieb tal-garaxx.
“Qatluni, qatluni” Kif kelli dahri lejn Freddie, li baqa’ fil-vann, smajt bhal tgedwid, bhal xi hadd qieghed jargumenta. Hsibt li kien qieghed jirrabja ghalija u ghidtlu ‘tini ftit cans int se niftah, bil-mod’. Ghax peress li kien id-dlam ma stajtx nara sew is-serratura biex indahal ic-cavetta. F’daqqa wahda sibt ragel m’oghla hawn hdejja u hatafni minn wara u ghattili halqi u ghajnejja. Dan ir-ragel tant kien twil li rasi waslet sa sidru. Ma stajt nara xejn u ma kontx naf x’kien qieghed jigri. Dak il-hin hsibt li kont qieghda nohlom. “Sadanittant Freddie hareg mill-vann u qalli erba’ darbiet – ‘Qatluni, qatluni, qatluni, qatluni’. F’daqqa wahda dak li kien qieghed izommni telaqni u l-ohrajn telqu wkoll. Izda sakemm Freddie hareg, sparawlu zewg tiri ohra lejn saqajh. Kif dort rajt lil Freddie ma’ l-art u lilhom dehlin lura fil-karozza li gew biha. F’daqqa wahda rega’ hareg wiehed minnhom u mill-vann hataf il-borza li kien fiha madwar Lm4,000 u harbu kollha”. l-orizzont: Allura l-ewwel sparaturi int ma smajthomx? l-orizzont: L-armi rajthom f’idejn il-qattiela? Mary: Le ma rajt xejn dak il-hin. Però wara qalulna li kienu revolvers jew pistoli tan-Navy. Niftakar li balla minnhom baqghet hierga minn dahru u nifdet is-seat u ohra baqghet fih. Sparawlu darbtejn meta kien ghadu fil-vann u darbtejn ohra meta hareg biex jigi jghinni”. “Avolja ferut, xorta prova jipprotegini” “Demm ftit li xejn hariglu. Kellu dawra zghira fuq sidru u miet b’emorogija interna. Laqtulu l-pulmun. Avolja kien ferut gravi xorta pprova jaghtini l-ghajnuna biex jipprotegini. Kif hareg mill-vann wehlitlu saqajh u waqa’ izda xorta prova jitkaxkar. L-ewwel ma wasal kien huh Guzi ghax nahseb li xi hadd mar qallu x’kien gara. Guzi beda jistaqsi lil Freddie jekk kienx jaf minn sparalu izda Freddie kien digà ntilef Min kien Freddie Fenech? l-orizzont: Ezatt x’kien jaghmel Freddie. Mary: Freddie kien burdnar. Konna nuzaw il-garaxx bhala mahzen fejn konna nzommu xkejjer tas-siment. Gieli l-kumpanija kienet tghidlu li jekk irid jista’ jbigh is-siment u konna nbieghu s-siment tliet centezmi inqas kull xkora. Allura dak li jkun kien jiffranka xi haga, specjalment il-bennejja. Gieli anke nhar ta’ Hadd fis-6.00 a.m. kienu jigu ghas-siment biex ikunu lesti ghat-Tnejn fil-ghodu. l-orizzont: Ghaliex Freddie kien izomm dawk il-flus kollha fuqu? l-orizzont: Kien hemm nies li kienu jafu li Freddie kien igorr hafna flus fuqu? Mary: Ifhimni. Kull min kien jahdem mieghu kien jaf. Minbarra hekk huwa kien ihallas quddiem kulhadd u kien dejjem izomm mazz ta’ liri ghax kien igib ix-xoghol u jhallas mill-ewwel. Alla jbierek xoghol dejjem kellu. Biss biss il-garaxx kien mimli daqs bajda, kien jesa’ xi 35,000 xkora siment. Freddie ma kellu ebda kont jew flus il-bank.Kien jithallas u jhallas ‘cash’ quddiem hafna nies. Qatt ma beza’ li seta’ kien hemm xi hadd qieghed jistadu. Gieli ha l-flus kollha u lanqas kien ihalli xejn id-dar biex imur jixtri. Izda kien jghidli, ‘issa jinqala’ vjagg u jidhlu’. U veru ghax Alla jbierek dejjem kien igib il-flus. Kienu diga’ dahlu jisirquhom l-orizzont: Setghu kienu l-istess nies li tliet xhur qabel dahlu jisirqukom li qatlu lil Freddie? Mary: Jista’ jkun. Izda meta dahlu hawn u serquna, Freddie ma riedx jaghmel rapport ghand il-Pulizija ghax habib tieghu kienu serquh ukoll u tal-‘fingerprints’ kienu ghamlulu hafna marki ma’ l-ghamara u spicca bi spiza akbar milli serqulu. Izda meta qatlu lil Freddie kont ghidtilhom lill-Pulizija minhabba li mal-hajt kien ghad hemm il-marki taz-zarbun ta’ wiehed mill-hallelin. Mary: Tista’ tahseb. Jien ma kont immur imkien minghajr Freddie. Kull fejn kien ikolli bzonn immur kien iwassalni hu. Ma kontx insuq, allura kont niddependi fuqu. Ghaldaqstant mhux biss it-trawma li tara lill-persuna l-iktar li thobb tmut quddiemek, izda l-mod kif inqatel. Kienu mumenti iebsin hafna, l-aktar meta kelli mmur il-kamra mortwarja biex nidentifika lil zewgi. Iebsa hafna. Tarah hemm mejjet. Jien mhux minn dawk li ninfaqa’ nibki u nisfoga. Inzomm go fija. Izda dak in- nhar zbroffajt. Kien qisu rieqed izda kont naf li din id-darba mhux se jqum minn dik ir-raqda u kont tliftu ghal dejjem. Kien l-unika persuna li qatt habbejt u.. heqq qatluh hekk kiesah u biered. Ovvjament hajti nbidlet totalment. Freddie ma kienx xi bniedem storbjuz imma d-dar kien jimliha. Hadu ritratti qabel id-delitt l-orizzont: Kellu ghedewwa Freddie? Mary: Din il-mistoqsija kienu staqsewili tas-CID. Ghidtilhom li l-kelma ghedewwa lanqas naf x’kienet tfisser. Niftakar li ftit qabel ma qatlu lil Freddie, kien gie n-neputi u qalli li ra ragel jigbed ir-ritratti tal-faccata tad-dar. Jista’ jkun li kienu qeghdin jippjanaw il-kaz. Izda meta ra lin-neputi telaq mill-ewwel. Ghamilt zmien wara li qatlu lil zewgi meta kont inkun fil-gallarija nittawwal ghal barra u jghaddi xi hadd u jhares. Kont nghid, jekk mhux dak wiehed minnhom li qatel lil Freddie? Izda meta Alla tani l-grazzja li nahfer, hfirtilhom. Qatt mhu se ninsa l-ahhar kliem tieghu, ‘Qatlulni, qatluni’. Dawn ghadhom sal-lum jidwu f’widnejja. Ghalkemm hfirt xorta nhoss li l-gustizzja trid issir. Huwa d-dmir tal-Pulizija li jaslu li jsolvu l-kaz. |
| l-orizzont: Jekk dawk responsabbli jinqabdu u tarahom quddiemek, x’tghidilhom? Mary: Xejn. Alla tani l-grazzja li hfirtilhom. J’Alla li jikkonvertu u nitlob lill-Mulej li ma jmutux fid-dnub il-mejjet. Jekk ma ssirx gustizzja fil-Qorti, zgur li Alla jaghmel il-gustizzja misthoqqa, ghax Alla huwa gust. Jien ma rridx nara lil dawn imorru l-habs bhala vendetta, izda ghax hekk tghid il-gustizzja. Meta darba ghidt li l-id ta’ Alla hija twila, iddispjacini bil-kbir ghax ma rridx li jigrilhom xi haga. Il-koppja Fenech l-orizzont: Meta ltqajtu l-ewwel darba int u Freddie? Mary: Iltqajna meta Freddie kellu 17-il sena. Jien kelli 18, ikbar minnu ghaxar xhur. Izzewwigna tmien snin wara. Konna ilna mizzewgin 16-il sena, xahrejn u tliet ijiem ghax izzewigna fit-18 ta’ Lulju, 1964. Dik kienet is-sena li Malta kisbet l-Indipendenza u fis-16-il anniversarju ta’ l-Indipendenza qatluh. l-orizzont: Fi ftit kliem iddiskrivi lil Freddie Fenech. Mary: Kien bniedem nervuz izda qalbu tajba. Kelma kien jaqbad u jghidha izda ftit wara kien jinsa kollox u ma jzomm xejn f’qalbu. Kien ihenn ghal kulhadd tant li kien idejjen lil hafna nies. Wara mewtu sibt lista ta’ dawk li kellhom jaghtuh il-flus.Wiehed biss kien onest bizzejjed li gie minn jeddu. Ragel mill-Bahrija li kif sema’ li Freddie kien inqatel gie u tani Lm246 li kien dejnu fuq vjagg siment ta’ 200 xkora. Kellu jdahhal xi Lm3,000. Kien izomm lista izda ftit kien hemm ismijiet, il-bqija bil-laqam.Kien hemm ‘Tal-Mustacci’ u ‘Tal-Bagalji’. Hafna minnhom kienu kuntratturi li jigu jixtru s-siment u jhallsu wara. Freddie qatt ma gera wara flusu, dejjem gew huma, min kien jigi. Izda bhalma ghidtlek, wiehed gie gimghatejn wara li nqatel. Qalli li stenna ghax hass li ma kienx prudenti jigi mill-ewwel. Suspetti iva… provi le! F’dan ir-rapport xtaqt jkolli wkoll il-verzjoni ufficjali tal-Pulizija. Fit-12 ta’ Awissu 2004 baghatna fax lill-Kummissarju tal-Pulizija, John Rizzo, fejn tlabnih jawtorizza lill-Kap ta’ l-Iskwadra ta’ l-Omicidji, l-Ispettur Chris Pullicino, jew lil dawk l-ufficjali li huwa jahseb li setghu jkellmuna fuq dan il-kaz. Stennejna gimgha u fid-19 ta’ Awissu ergajna fakkarna lis-Sur Rizzo dwar it-talba taghna. L-ghada s-Surgent Carol Fabri mis-CMRU permezz ta’ telefonata nformatna li t-talba taghna qieghda tigi studjata. Aktar tard tkellimna b’mod informali ma’ l-Ispettur Pullicino fejn staqsejnih jekk kienx jaf bit-talba taghna. Qalilna li kienu ghaddewlu l-‘file’ u kien qieghed jistenna li jinghata l-awtorizzazzjoni. Mill-ewwel talba taghna ghaddew aktar minn hames gimghat u mill-Korp tal-Pulizija ma smajna xejn. Ghaldaqstant x’gara jew x’ghamlu l-Pulizija dwar dan il-kaz ma nafux. Ma nafux jekk dan l-omicidju ntesiex, jew jekk il-Pulizija qatghux qalbhom minnu. Kont ghamilt ftit stharrig dwar dan il-kaz ma’ sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija. Sibna li dak in-nhar il-Pulizija kellhom xi suspetti izda ma kellhomx provi bizzejjed biex jarrestaw lil xi hadd. Jirrizulta li fost dawk li kienu fil-karozza dakinhar tal-qtil kien hemm mara b’xaghra isfar. L-istess sorsi qalulna li wahda minn nisa ta’ dawk suspettati fil-fatt kellha l-istess tip ta’ xaghar. |